Saturday, December 21, 2024

Riesaq temp xitwi!!

Aqra wkoll

Skont in-natura, ix-xitwa tibda fil-21 ta’ Diċembru, madankollu kienet xi ħaġa normali li fl-ewwel ġimgħat ta’ Ottubru pajjiżna jara maltempati bix-xita, sħab iswed u sajjetti u ragħad. Iżda f’dawn l-aħħar snin it-temp sajfi karkar fit-tul tant li f’Novembru ta’ din is-sena t-temp għadu kemmxejn sħun.

Imma jekk kif jgħidu, li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi, wara l-bnazzi jista’ jiġi l-maltemp ukoll. U hekk donnu li se jsir, għax fil-jiem li ġejjin it-temperaturi mistennija jiksħu xi ftit u anki tagħmel ix-xita.

Forsi dan huwa l-bidu ta’ sinjali li t-temp xitwi, għalkemm xi ftit tard, riesaq fuqna wkoll. U jalla huwa hekk għax pajjiżna għandu bżonn ħafna xita.

Ekonomija

Sport