Wednesday, March 27, 2024

Rinkonoxximent minn fondazzjoni jtellagħhom is-sema

Il-fondazzjoni Smiling With Jerome għandha bżonn l-għajnuna tiegħek

Aqra wkoll

Saint Elias College qiegħed jaqsam messaġġ tal-valuri sbieħ tal-poplu Malti. Dan hekk kif il-fondazzjoni Smiling With Jerome bagħtet sinjal ta’ apprezzament għal donazzjoni li nġabret fl-aħħar ġimgħat.

Smiling With Jerome hija fondazzjoni li tgħin u tagħti sapport lil diversi familji. Minbarra familji li huma morda bil-kanċer, il-fondazzjoni tgħin ukoll familji b’mard kroniku ieħor u anke familji bi tfal bi bżonnijiet speċjali fost kundizzjonijiet oħrajn.

Minbarra għajnuna finanzjarja, din il-fondazzjoni tgħin biex familji li jkunu għaddejjin minn ċertu tbatija, jingħataw sapport morali matul dan il-vjaġġ tagħhom lejn it-tama tal-fejqan.

Kull min jixtieq jgħin lil din il-fondazzjoni jista’ jagħmel dan permezz ta’ Revolut jew BOV Mobile Banking fuq 99872002.

Ekonomija

Sport