Sunday, December 22, 2024

RITRATT GRAFIKU: Wara 222 ġurnata rikoverat l-isptar fir-Renju Unit mingħajr tama li jfiq mill-COVID-19 jirritorna d-dar għall-Milied

Aqra wkoll

Ali Sakallioglu, ta’ 57 sena huwa l-aktar pazjent fir-Renju Unit li dam rikoverat l-isptar jikkumbatti l-imxija tal-COVID-19. Ali, għal 222 ġurnata kien rikoverat l-isptar minghajr ebda tama li jfiq mill-imxija. Fil-fatt, ħaddiema tal-isptar qatt ma kienu fiduċjużi li Ali seta’ jfiq mill-virus, minħabba s-severità li biha l-COVID-19 laqtitu. Il-familjari tiegħu għal tliet darbiet ġew mitluba biex jagħtu l-aħħar tislima lil missierhom. Minkejja dan, b’xorti tajba, matul Diċembru, Ali kien irrilaxxat mill-isptar b’konsegwenza li se jkun qiegħed igawdi l-festi tal-Milied mal-familjari fil-kumdità ta’ daru.
F’intervista li kellu mal-midja internazzjonali, Ali qal li ma jistax jistenna għall-festi tal-Milied, biex jiċċelebra dan il-miraklu mat-tfal u n-neputijiet.

Ekonomija

Sport