Friday, April 26, 2024

Riyad Mahrez segwit minn Paris St Germain

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain qed iżommu ħarsithom mill-qrib fuq is-sitwazzjoni ta’ Riyad Mahrez ma’ Manchester City.

Il-player ta’ 30 sena gawda minn opportunitajiet kbar fiċ-Champions League dan l-istaġun iżda beda biss erbgħa mill-14-il partita tat-team tiegħu fil-Premier League.

Mahrez kien marbut b’mod qawwi ma’ ċaqliq ‘il bogħod mill-Etihad Stadium fost in-nuqqas ta’ konsistenza tiegħu.

Madankollu, PSG huma ħerqana li jakkwistaw lil Mahrez fl-2022 jekk l-attakkant Alġerin ma jkunx jista’ jasal għal ftehim dwar termini ġodda ma’ Man City.

Il-ftehim ta’ Mahrez mas-Citizens għandu jiskadi fl-2023, iżda l-ex player ta’ Leicester City suppost huwa ħerqan li jibqa’ Manchester hekk kif Man City qed ‘iżżidu’ l-isforzi tagħhom biex jorbtuh bi ftehim ġdid.

Mahrez skorja erba’ goals minn ħamsa partiti fiċ-Champions League fl-istaġun 2021-22 iżda skorja biss żewġ goals u pprovda assist wieħed minn 11-il dehra fil-Premier League f’dan l-istaġun.

Sport