Tuesday, April 23, 2024

Roberto Martinez b’ultimatum għal Jason Denayer 

Aqra wkoll

Il-coach tal-Belġju Roberto Martinez wissa lil Jason Denayer li jekk ma jsibx klabb ma’ min jilgħab miegħu, mhux se jsejjaħlu għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Qatar. 

Denayer kien qed jilgħab ma’ Torino sa ftit tax-xhur ilu, iżda ġaladarba spiċċalu l-kuntratt tiegħu hu għadu ma sabx tim ma’ min imur.  

Min-naħa tiegħu Martinez sejjaħ lil Denayer għal-logħbiet mill-UEFA Nations League kontra l-Olanda u Wales għalkemm hu ferm dubjuż li jista’ jibda fl-ewwel ħdax f’dawn il-konfronti.   

Sport