Sunday, October 20, 2024

Roma f’taħditiet ma’ Edon Zhegrova

Aqra wkoll

Roma għadhom qed jistennew x’għandu f’moħħu l-plejer tagħhom Paulo Dybala hekk kif qed jiġi attirat minn xi offerti mill-Arabja Sawdija. Il-Giallorossi ma jistgħux jistennew daqshekk u qed jaħsbu fi pjan B meta diġa’ kellhom taħditiet ma’ Edon Zhegrova, winger mill-Kosovo li bħalissa qed jilgħab ma’ Lille fi Franza. 

Zhegrova skorja gowl fir-round preliminari tal-UEFA Champions League kontra Fenerbache u kkontribwixxa ferm fl-azzjonijiet li segwew.

Mart Dybala xejn m’hi favorevoli li r-raġel tagħha jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija u tixtieq tibqa’ l-Italja.

Sport