Wednesday, July 24, 2024

Roma jkeċċu lil José Mourinho

Aqra wkoll

Kmieni t-Tlieta filgħodu, Roma ħabbru li keċċew lill-coach, José Mourinho, b’effett immedjat. 

Il-coach Portugiż kellu pressjoni kbira fuqu qabel il-partita kontra Milan, valida mill-kampjonat Taljan, liema logħba tilef bl-iskor ta’ 3-1. 

Din it-telfa waslet eżatt wara l-eliminazzjoni mill-Coppa Italia meta sfaw megħluba bl-iskor ta’ 1-0 mir-rivali eterni Lazio.

Il-Giallorossi jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika tas-Serie A b’29 punt, ħamsa taħt Fiorentina li jinsabu fir-raba’ post. Huma skorjaw 32 goal u sofrew 24, f’dan l-istaġun.

Mourinho kien ingħaqad ma’ Roma fl-2021, b’kuntratt ta’ tliet snin li fihom rebaħ il-UEFA Conference League li kienet l-ewwel edizzjoni. 

Il-kuntratt tiegħu ma’ Roma kellu jiskadi f’Ġunju li ġej u t-taħditiet biex iġeddu kienu għadhom ma bdewx.

Ekonomija

Sport