Wednesday, April 16, 2025

Roma Polo Club jirbħu l-King of Spain Club tal-Polo

Aqra wkoll

Roma Polo Club rebħu l-King of Spain Cup wara li għelbu lil Malta Polo Club tmienja għal seba’ punti u nofs.

Kienet logħba ferm sabiħa u inċerta sal-aħħar li paxxiet lil dawk preżenti fil-Malta Polo Club fejn raw l-aqwa plejers Maltin u dawk Taljani jilagħbu polo mill-aqwa.

Il-Maltin kellhom bdew bi tliet gowls vantaġġ iżda t-tim Taljan beda ġej bil-mod sakemm irnexxielu jdawwar l-iskor favurih.

Il-plejer Italo/Arġentin Patricio Rattagan spikka għal Roma Polo Club hekk kif skorja t-tmien gowls tat-tim tiegħu bil-Maltin li kellhom lil Karl Galea awtur ta’ tripletta u ż-żagħżugħ Bradlee Farrugia li kien awtur ta’ doppjetta. Il-captain Jeremy Besancon żied ieħor għall-Maltin.

L-Umpires għal din il-logħba kienu Mariano Itturioz u Gaston Etcheberry bit-tielet uffiċjal li kien Philip Wismayer.

Fi tmiem il-konfront l-ambaxxatur tal-Italja għal Malta Fabrizio Romano ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Roma Polo Club Patricio Rattagan fil-preżenza tal-president tal-Malta Polo Club Matthew Borg u tal-kap eżekuttiv ta’ EquestriMalta Max Zammit.

Din l-attivita’ saret bil-kollaborazzjoni ta’ EquestriMalta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport