Għall-ħabta tas-1.00pm, Ronald Dalli ta’ 43 sena mistenni jitressaq il-Qorti fejn se jkun akkużat li darab żewġ tfajliet b’sikkina waqt argument f’dar fil-Marsa.
Il-każ seħħ nhar is-Sibt li għadda fejn ftit wara Dalli kien ġie arrestat mill-Pulizija f’Bormla.
Huwa se jkun qed jidher quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Caroline Farrugia Frendo.
L-inkjesta u l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.