Wednesday, July 24, 2024

Ronaldo jiddefendi lil Messi …

Aqra wkoll

L-istilla Portugiża Cristiano Ronaldo kien qed jitkellem f’intervista virtwali li saret għal stazzjon tat-televiżjoni tal-pajjiż. Hu tkellem dwar diversi argumenti fosthom il-ħajja fl-Arabja Sawdija ma’ Al Nassr kif ukoll il-livell tal-futbol f’dan il-pajjiż.

L-eks plejer ta’ Manchester United, Juventus u Real Madrid tkellem ukoll dwar il-ballun tad-deheb mirbuħ għal darb’oħra mir-rivali tiegħu Lionel Messi. Hu xejjen kull diskussjoni li ma kienx ħaqqu u li l-unur kellu jmur għal Kylian Mbappe jew Erling Haaland.

Ronaldo qal li n-numri ma jigdbux u għalhekk jinsab kuntent li l-plejer Arġentin rebaħ dan l-unur.

Ekonomija

Sport