L-eks plejer ta’ Manchester United Roy Keane appella lill-winger internazzjonali Arġentin Alejandro Garnacho sabiex jitlaq lir-Red Devils u jmur jilgħab x’imkien ieħor. Hu kien qed jitkellem wara li l-plejer ta’ 20 sena irrifjuta li jiċċelebra wara li skorja fir-rebħa ta’ 3-0 kontra Leicester City. Hu kien qed jgħid li l-partitarji tat-tim ma tantx jagħtu kasu u ddeċieda b’mod spontanju li jibqa’ kwiet.
Keane qal li Garnacho tilef il-fiduċja tal-partitarji tar-Red Devils u sejjaħlu bħala bniedem immatur.
Garnacho ilu ma’ Manchester United sa mis-sena 2022 fejn skorja 13-il gowl fi 68 logħba.