Saturday, December 21, 2024

Royal Malta Yacht Club u l-eNGO Zibel se jospitaw Clean Up

Aqra wkoll

Ir-Royal Malta Yacht Club dan l-aħħar ospita l-eNGO Zibel, għal preżentazzjoni dwar l-importanza tal-konservazzjoni tal-baħar. L-avveniment kellu l-għan li jxerred l-għarfien dwar il-kwistjoni kritika tal-iskart fl-ibħra u jispira azzjoni fi ħdan il-komunitajiet lokali tal-ibburdjar, partikolarment fost il-komunità tal-RMYC Sailing School.

Waqt il-preżentazzjoni, il-fundatur ta’ Zibel Andrew Schembri enfasizza l-perikli ta’ ġestjoni ħażina tal-iskart, speċjalment fir-rigward ta’ debris tal-baħar, u qasam pariri prattiċi dwar kif l-individwi jista’ jkollhom rwol fit-tnaqqis tat-tniġġis tal-ibħra.  Iniżjattiva li ħadet ir-Royal Malta Yacht Club kienet Tagħrif ewlieni din l-inizjattiva kienet l-introduzzjoni ta’ kontenitur tal-iskart li jinsab barra l-RMYC Sailing School. Dan il-kontenitur apposta huwa esklussivament għall-plastik li jinsab fil-baħar, peress li dawn il-materjali ma jistgħux jiġu pproċessati flimkien ma’ skart riċikklabbli ta’kuljum.

“Ir-Royal Malta Yacht Club huwa konxju bis-sħiħ mill-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni kollettiva biex nissalvagwardjaw l-ibħra tagħna, u aħna impenjati li nkomplu naħdmu għal din il-kawża. Flimkien ma’ Żibel, nemmnu li azzjonijiet żgħar u konxji jistgħu jwasslu għal bidla sinifikanti” ikkummenta David Cremona, RMYC Commodore.

B’reazzjoni għal din il-ħtieġa ta’ azzjoni, ir-Royal Malta Yacht Club, l-RMYC Sailing School, u Zibel se jorganizzaw Cleanup nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Settembru fis-100 PM fl-RMYC Sailing School f’Ta’ Xbiex.

Din l-inizjattiva hija miftuħa għal dawk kollha li huma ppassjonati dwar il-preservazzjoni tas-sbuħija naturali ta’ Malta.

Ir-Royal Malta Yacht Club se jipprovdi l-provvisti kollha meħtieġa għat-tindif. 

Il-parteċipazzjoni għandha tiġi kkonfermata billi tintbagħat email fuq: [email protected]

Ekonomija

Sport