Il-kowċ il-ġdid ta’ Manchester United Ruben Amorim qed jissuġġerixxi diversi plejers li eventwalment jistgħu jingħaqdu miegħu f’Jannar li ġej meta jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa.
L-aħħar aħbarijiet minn Old Trafford qed jgħidu li Amorim qed iħares lejn l-akkwist ta’ Rayan Ait-Nouri ta’ Wolverhampton Wanderers. Il-kuntratt ta’ dan il-plejer għandu jiskadi f’Ġunju 2025 għalkemm ir-Red Devils jistgħu jmorru għalih minnufih.
Amorim irid isaħħaħ id-difiża u Ait-Nouri jaf ikun is-soluzzjoni.