Wednesday, December 25, 2024

Rudi Voller iġedded il-kuntratt bħala direttur sportiv tal-FA Ġermaniża

Aqra wkoll

L-eks attakkant internazzjonali Ġermaniż Rudi Voller ġedded il-kuntratt tiegħu bħala direttur tekniku tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-pajjiż sas-sena 2026. Hu se jkun qed jokkupa din il-kariga sa tmiem it-tazza tad-dinja 2026.

Voller qal li jinsab ferm kuntent jokkupa dan ir-rwol u sostna li wara numru ta’ snin jilgħab futbol fuq livell għoli, issa ried jagħti xi ħaġa lura lill-federazzjoni Ġermaniża li taħdem qatigħ.

Iċ-champion tad-dinja tas-sena 1990 mal-Ġermanja għandu 63 sena u s-sena l-oħra mexxa għal ftit ġimgħat it-tim nazzjonali wara t-tneħħija ta’ Hansi Flick.

Ekonomija

Sport