Sunday, December 22, 2024

“Sa issa għadni ma rċivejt l-ebda notifika jew taħrika b’mod uffiċjali”

-Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

Aqra wkoll

“Waqt li konxju ta’ dak li qed jingħad fil-konfront tiegħi fil-media, inkluż dak li qal f’konferenza tal-aħbarijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni, sa dan il-ħin għadni ma rċevejt l-ebda notifika jew taħrika b’mod uffiċjali. Wisq anqas għadni ma rajt il-proċess-verbal jew x’hemm fl-inkjesta maġisterjali dwari. Għaldaqstant, f’dan il-mument ma nistax nikkummenta aktar.”

Dan iddikjarah Deputat Prim Ministru Chris Fearne f’messaġġ fuq Facebook, fejn iddikjara li dejjem qeda dmiru bl-akbar korrettezza u integrità u żgur li qatt ma xifer lejn ksur tal-liġi.

Żed jgħid li nan jgħidu wkoll l-Awditur Ġenerali f’tliet rapporti dettaljati li għamel dwar dan il-każ, tant li osserva b’mod qawwi li “it-twarrib tal-Ministru tas-Saħħa minn kull involviment sinifikanti fuq l-andament ta’ din il-konċessjoni relatata direttament mas-saħħa pubblika”.

Ekonomija

Sport