Għaddejja tfittxija fit-Tramuntana tal-Awstralja wara li eks persunġġ tar-radju ma rritornax lura wara li ħareġ jistad waħdu f’ibħra infestati bil-kukkudrilli. L-allarm dwar Roman Butchaski tqanqal war li naqas li jirritorna fil-post tal-kampeġġ tiegħu nhar il-Ħadd. Uħud mill-affarijiet persunali tiegħu nstabu qrib xmara fil-Peniżola remota ta’ Cape York fi Queensland.
Butchaski, magħruf bħala Butch, huwa sajjied akkanit u eks-ospitant tal-ispettaklu tas-sajd fuq l-istazzjon tar-radju ta’ Sydney 2GB. Huwa kien regolarment iżur il-post fuq ix-Xmara taż-Żebbuġ, madwar 600km fit-tramuntana ta’ Cairns.
Nhar it-Tlieta, il-pulizija ħabbret li aktar uffiċjali se jmorru lejn iż-żona biex jgħinu fit-tfittxija. Il-ħelikopters tas-salvataġġ u l-ekwipaġġi fuq l-art ilhom ifittxu fl-inħawi minn meta ġew infurmati l-Ħadd bil-lejl.
Il-Pulizija ta’ Queensland qalet li l-karozza li kellu Butchaski instabet qrib ix-xmara ma xi tagħmir tas-sajd ukoll. Żiedet tgħid li r-reġjun huwa ħabitat magħruf tal-kukkudrilli, iżda li Butchaski huwa familjari maż-żona.
Il-kukkudrilli huma abbundanti fit-tramuntana tropikali tal-Awstralja, u filwaqt li l-attakki tal-kukkudrilli fil-pajjiż mhumiex komuni, kien hemm diversi din is-sena.
Fi Frar li għadda, gwardjani sparaw fuq kukkudrill ta’ 4.2m li attakka raġel u kielu l-kelb tiegħu f’rampa remota ta’ dgħajsa fit-tramuntana ta’ Cairns.
F’Mejju, il-fdalijiet ta’ sajjied ta’ 65 sena Kevin Darmody instabu f’żaqq kukkudrill ta’ 4.1 metri fix-Xmara Kennedy fil-viċin – it-13-il attakk fatali fi Queensland minn meta bdew jinżammu r-rekords fl-1985.