Saturday, December 14, 2024

Sakkar lil martu u lil bintu f’darhom b’katnazz

Aqra wkoll

“Nemmen li din tal-lum se sservikom ta’ tbeżbiża’ biex tirranġaw id-diżgwid fir-relazzjoni tagħkom’’. Dan kien kliem il-Maġistrat Kevan Azzopardi, hekk kif it-Tlieta filgħodu kien qed jinstema’ każ bejn koppja miżżewġa, li fih tressaq il-Qorti raġel ta’ 63 sena, fejn kien qiegħed jiġi mixli li sakkar lil martu u lil bintu d-dar b’katnazz.

Il-Maġistrat Azzopardi żied jgħid li jekk kien hemm xi tip ta’ abbuż dan ma għandux jerġa’ jiġi ripetut u li jekk kien hemm bżonn xi tip ta’ għajnuna mhux ħa taqa’ d-dinja jekk wieħed ifittixa.

Fil-Qorti intqal li l-każ seħħ il-Ħadd li għadda. Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti kien mixli li waħħal katnazz biex iżomm lil martu u lil bintu ta’ 17 -il sena ġewwa.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Sherona Buhagiar qalet li r-raġel ġie arrestat il-Ħadd stess. Fil-Qorti ngħad li l-koppja ilhom 17-il sena miżżewġin u li għandhom tifla ta’ 17 -il sena.

Lennox Vella, l-avukat li kien qiegħed jirrapreżenta lil mara, informa lill-Maġistrat Azzopardi li l-mara ma xtaqitx li tkompli bil-proċeduri kontra r-raġel tagħha u li għalhekk riiedet twaqqa’ l-akkużi.

L-Avukat Vella qal li il-koppja miżżewġa flimkien ma’ binthom jgħixu taħt saqaf wieħed. Huwa żied jgħid li l-mara waqqgħet l-akkużi minħabba li t-tifla kien se jkollha għeluq sninha u għalhekk xtaqet li jiċċelebrawh flimkien.

L-Avukat Vella, xehed ukoll li dan sar ukoll minħabba li bħalissa it-tifla tagħhom għaddejja mill-eżamijiet u għalhekk ma riditx li toħloq iktar stress fuqha.

L-Avukati Franco Debono flimkien mal-Auvkat Sue Mercieca li dehru għar-raġel, irrimarkaw li dan kien inċident li sar darba u li mhux se jerġa’ jsir.

Il-Qorti qieset l-interess tal-vittma u ta’ bint il-koppja u l-Maġistrat Kevan Azzopardi laqa’ t-talba tal-mara sabiex il-każ jiġi irtirat u magħluq.

Ekonomija

Sport