Friday, May 3, 2024

Sal-lum 50 fil-mija tal-popolazzjoni adulta eleġibbli għall-boster se tkun mlaqqma

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fis-sigħat li ġejjin f’pajjiżna se jkunu tlaqqmu 50% tar-residenti Maltin eliġibbli għall-booster kontra l-Covid-19. 

Din il-mira tħabbret mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fi żjara fl-ikbar vaccinationhub ta’ pajjiżna, Gateway, fl-Università ta’ Malta lbieraħ.

“Se jirnexxielna nilħqu t-tir ambizzjuż li nlaqqmu nofs il-popolazzjoni adulta bil-booster sal-aħħar tas-sena, u dan ifisser li issa nistgħu nibdew insarrfu l-benefiċċju tal-booster fejn tidħol il-kwarantina” sostna d-Deputat Prim Ministru Fearne.

Dan ikompli jżid man-numru ta’ appelli kontinwi mill-awtoritajiet tas-Saħħa biex il-poplu jaċċetta l-istedina u jitlaqqam bil-booster.

Sport