Thursday, October 10, 2024

Salvini l-Qorti fuq akkużi li waqqaf illegalment lil immigranti milli jitniżżlu l-art

Aqra wkoll

L-eks-Ministru Taljan għall-Intern, Matteo Salvini, aktar kmieni llum deher quddiem Qorti fi Sqallija fejn qed jiġi akkużat li illegalment żamm fuq il-baħar immigranti.

Salvini wasal il-Qorti ta’ Katanja fl-10.00 a.m., madankollu ma għadda l-ebda kummenti lill-ġurnalisti miġburin.

Il-Prosekuturi akkużaw lil Salvini b’abbuż ta’ poter meta s-sena li għaddiet bħala Ministru għall-Intern kien waqqaf l-iżbark ta’ 116-il immigrant minn fuq il-bastiment tal-Gwardja tal-Kosta Taljana “Gregoretti”. 

Jekk jinstab ħati u jingħata sentenza ta’ priġunerija li teċċedi sentejn, huwa jaf jitwaqqaf għal sitt snin milli jokkupa rwol ta’ uffiċjl pubbliku, b’dan ma jippermettilux li jikkontesta għal Prim Ministru fl-elezzjoni ġenerali li jmiss fl-2023.

Sport