Saturday, September 14, 2024

San Ġwann Tiki Taka B jirbħu s-Super Cup tal-Blackball

Aqra wkoll

San Ġwann Tii Taka B għelbu lil Ħamrun 147 D 13-12 fil-finali tas-Super Cup tal-Blackball. Din kienet logħba bejn ir-rebbieħa tar-Regional League u dawk tal-Community League li rriżultat f’waħda ferm bilanċjata u inċerta sal-aħħar.

Iż-żewġ naħat kienu dejjem viċin xulxin għalkemm fil-15 u l-aħħar frame kien Gabriel Vella li daħħal il-boċċa rebbieħa u eventwalment ta t-tazza lil San Ġwann Tiki Taka.

Referee ta’ din il-logħba kien Christopher Busuttil.

L-Uffiċjal għal-Loġistika tal-Malta Blackball Federation Teemor Mifsud ippreżenta t-tazza lill-plejer ta’ San Ġwann Tiki Taka Andrea Sammut.

Ekonomija

Sport