Monday, August 24, 2026
Home Sport Santa Lucia jiffirmaw lill-eks winger ta’ Monaco u Fenerbahce Nabil Dirar

Santa Lucia jiffirmaw lill-eks winger ta’ Monaco u Fenerbahce Nabil Dirar

0
58

Santa Lucia iffirmaw lill-eks winger ta’ Monaco u Fenerbahce, Nabil Dirar.

L-internazzjonali Marokkin ta’ 40 sena jingħaqad ma’ Santa Lucia b’CV impressjonanti, wara li lagħab fl-ogħla livell tal-futbol Ewropew matul il-karriera tiegħu.

Dan hekk kif Dirar qatta’ ħames snin ma’ AS Monaco, fejn rebaħ it-titlu tal-Ligue 2 fl-2013 qabel ma għen lill-klabb jirbaħ it-titlu tal-Ligue 1 fl-2017. Huwa kien ukoll parti mit-tim ta’ Monaco li laħaq is-semi-finali tal-UEFA Champions League matul dik il-kampanja memorabbli.

Id-difensur lemini ta’ esperjenza gawda wkoll perjodu ta’ suċċess ma’ Fenerbahçe, waqt li rrappreżenta lil Club Brugge fil-Belġju. Huwa lagħab ukoll ma’ Kasımpaşa, Chabab Mohammédia u aktar riċentement KF Gostivar.

Dan l-akkwist ikompli ma’ isem ieħor ta’ profil għoli li għamlu Santa Lucia FC fl-aħħar ġimgħat, jiġifueri dak ta’ Mathieu Valbuena.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here