Sunday, May 19, 2024

Santa Lucia l-ewwel tim f-Aħħar 16 tal-IZIBET FA Trophy

Aqra wkoll

Santa Lucia kienu l-ewwel tim li laħaq ir-Round tas-16 tal-IZIBET FA Trophy hekk kif il-Ħamis għelbu lit-tim taċ-Challenge League Marsa 2-0 fis-Centenary Stadium.

Alessio Piazza poġġa lit-tim ta’ Alessandro Zinnari fil-vantaġġ fis-16-il minuta u tliet minuti fit-tieni taqsima, Aleksa Mrdja rdoppja l-iskor għal Santa Lucia.

Fir-Round tas 16, Santa Lucia se jkunu qed jiffaċċjaw lir-rebbieħ tal-konfront bejn Msida St Joseph u Mgarr United.

Sport