L-attakkant il-ġdid ta’ AC Milan Santiago Gimenez kien qed jiġi ippreżentat bħala l-akkwist il-ġdid tar-Rossoneri. Il-plejer Messikan qal li se jkun qed jagħmel minn kollox biex jara lit-tim il-ġdid tiegħu jkompli jispikka u jkompli mas-suċċess riċenti tas-Super Cup Taljana.
Sadanittant l-istess Gimenez ipproduċa video dedikat lill-partitarji ta’ Feyenoord, l-eks tim tiegħu fejn irringrazzjahom għas-sapport li dejjem tawh. Mat-tim Olandiż, Gimenez lagħab 73 partita u skorja 45 gowl.