Wednesday, July 24, 2024

Se jibdew ix-xogħlijiet ta’ rinovar u manutenzjoni fl-Għassa tal-Ħamrun

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġimgħat il-Korp tal-Pulizija għamel il-preparamenti kollha biex tingħalaq temporanjament l-Għassa tal-Ħamrun u sabiex fil-jiem li ġejjin, jibda xogħol estensiv ta’ rinovar u manutenzjoni.

Dan qalitu l-Pulizija fi stqarrija, fejn irrimarkat li  l-prijorità tal-Korp tibqa’ dik li jtejjeb l-ambjent tax-xogħol minn fejn joperaw il-pulizija imma wkoll li jkompli joffri l-aqwa servizz lill-pubbliku. 

Għaldaqstant qabel tingħalaq din l-Għassa fl-aħħar ġimgħat, kienu għaddejjin il-preparamenti sabiex jiġu rilokati s-servizzi kollha offruti minn din l-Għassa.

Il-pubbliku issa se jkun qed jaċċessa s-servizzi tal-Pulizija tad-Distrett minn Għassa temporanja fi Pjazza San Pawl, il-Ħamrun, filwaqt li s-servizzi tal-Uffiċċju se jiġu rilokati għall-Għassa tal-Pietà (biswit l-Isptar San Luqa).

Is-servizz tal-Pulizija tal-Komunità ġewwa din il-lokalità se jibqa’ għaddej b’mod normali u l-Għassa tal-Marsa se tkun qed topera 24 siegħa kuljum.

Dawn l-arranġamenti li se jkunu fis-seħħ fil-ġranet li ġejjin saru bi qbil f’laqgħat li saru filġimgħat li għaddew mal-Kunsill Lokali u mal-unjins li jirrappreżentaw lill-membri tal-Korp.

Ekonomija

Sport