Wednesday, December 18, 2024

Se jitwaqqaf Istitut ġdid għas-snajja’ fl-MCAST

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu d-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef ħabbar li jekk il-poplu jagħtihom il-fiduċja, se jwaqqfu istitut ġdid għas-snajja’ fl-MCAST fejn jiġu konsolidati l-affarijiet f’dan is-settur u jiġi offrut taħriġ akkreditat b’kollaborazzjoni mal-industrija, minn edukaturi mħarġa u għalliema ta’ esperjenza ta’ snajja’ varji. Sostna li x-xogħol tal-id għandu valur daqs dak tal-ġlekkijiet u l-ingravajjet.

Ħabbar ukoll li jekk il-poplu jagħtihom fiduċja, se jkomplu jwessgħu dejjem aktar is-servizzi ofruti lill-persuni transgender billi jibdew joffru l-operazzjoni għal gender re-assignment bla ħlas bħala parti mis-servizz tas-saħħa pubblika. Qal li se jaraw ukoll li jinfetaħ ċentru għall-komunità LGBTIQ+ bil-għan li jġibu taħt saqaf wieħed is-servizzi kollha offruti lil din il-komunità.

Apparti minn hekk, se jaraw li l-parametri li jirregolaw l-għoti tad-demm isiru ugwali għal kulħadd.

Tkellem ukoll li filwaqt li se jkomplu jinvestu fil-kura paljattiva, qed jintrabtu iswed fuq l-abjad li jtellgħu diskussjoni nazzjonali dwar l-ewtanasja volontarja għall-persuni b’mard terminali.

Żied jgħid: “Din l-elezzjoni hija dwar il-futur li aħna qed ngħidu futur sabiħ għal dan il-pajjiż, filwaqt li ħaddiehor dejjem kien, għadu u jibqa’ jbassar id-dlam. Biex ma mmorux lejn id-dlam imma lejn futur sabiħ, ir-responsabiltà tagħna hi li fis-26 ta’ Marzu nagħtu vot ta’ fiduċja fil-PL.”

Ekonomija

Sport