Friday, October 11, 2024

Se jsir tpartit bejn Tchouameni u Trent Alexander-Arnold?

Aqra wkoll

Għal dawn l-aħħar xhur Real Madrid kienu ilhom isegwu lid-difensur ta’ Liverpool, Trent Alexander-Arnold, u għaldaqstant teżisti possibbiltá kbira li joffru lill-midfielder internazzjonali Franċiż, Aurelien Tchouameni, bħala tpartit lill-club Ingliż.

Il-kuntratt ta’ Alexander-Arnold ma’ Liverpool se jiskadi  fi tmiem l-istaġun u għaldaqstant ir-Reds huma konxji li jista’ jħalli lill-club bħala aġent ħieles.

Fil-frattemp, il-Madrileni tilfu lid-difensur Dani Carvajal għall-kumplament tal-istaġun minħabba li sofra injury fil-ligament tal-cruciate.  

Rapporti qed isostnu li nhar it-Tnejn li għadda, il-Madrileni għamlu kuntatt ma’ Liverpool u offrew £25 miljun biex jiffirmaw lil Alexander-Arnold, f’Jannar li ġej. 

Iżda hu mifhum li r-Reds “iridu aktar minn sempliċiment flus” biex iċedu lill-player ta’ 25 sena. L-intenzjoni tagħhom hija li jdaħħlu lil Tchouameni jew lill-Brażiljan, Rodrygo, ‘fin-negozjati’.

Real Madrid ‘eskludew kategorikament’ li jċedu lil Rodrygo iżda lesti li jċedu lill-Franċiż bi tpartit. 

Sadanittant, is-sitwazzjoni hija kumplessa minħabba li Liverpool iridu lil Alexander-Arnold iġedded il-kuntratt. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport