Saturday, November 16, 2024

Seba’ pajjiżi b’każi ta’ Covid-19 “mibdul”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Iżrael huwa l-aħħar minn numru ta’ pajjiżi li qiegħed jiġi milqut minn coronavirus immutat li nfirex mid-Danimarka. Il-Ministru tas-Saħħa ta’ Iżrael qal li bħalissa għaddejjin it-testijiet fuq tliet persuni li kien għadhom kif irritornaw mid-Danimarka. Jekk dawn jinstabu pożittivi, Iżrael jissieħeb mal-Italja, l-Istati Uniti, l-Olanda, Spanja u l-Iżvezja fil-lista ta’ pajjiżi li jkunu rrapportaw dak li qiegħed jiġi mlaqqam bħala mink Covid. 

Dan il-virus immutat jidher li oriġina mit-trasferiment bejn l-annimal mink u l-bniedem. Minħabba dan kollu, il-Gvern Daniż ħareġ ordni biex 17-il miljun mink jinqatlu bil-għan li dan il-Covid-19 immutat jinqered. Jidher li dan il-virus oriġina f’dawk l-irziezet li jkabbru l-mink biex imbagħad jeħdulu l-pil. 

Ix-xjentisti qegħdin jistudjaw bir- reqqa kull żvilupp li s’issa jidher li mhux xi wieħed ta’ allarm. F’każijiet ta’ mutazzjoni jekk is-sitwazzjoni ma tiġix ikkontrollata jkun ifisser li l-vaċċin jista’ jitlef mis-saħħa tiegħu. 

Ix-xjentisti qegħdin jaħsbu li dan il-virus mexa lejn dan l-annimal matul is-sajf probabbilment minn ħaddiem li kien infettat. Hekk dik dan il-virus reġa’ mexa mill-annimal lejn il-bniedem seħħet mutazzjoni sewwasew fl-“ispike” tal-proteina li biha l-virus jidħol fiċ-ċelloli tal-bniedem. 

Id-Danimarka qiegħda tieħu din is-sitwazzjoni b’serjetà kbira tant li fit-Tramuntana tal-pajjiż ġew imposti restrizzjonijiet wara li din il-mutazzjoni infettat 12-il persuna. 

Ekonomija

Sport