Monday, December 23, 2024

Seba’ tigri u ljuni infettati bil-coronavirus f’zoo fi New York

Aqra wkoll

Seba’ tigri u ljuni f’zoo Amerikan irriżultat pożittiva għall-coronavirus f’dak li uffiċjali Amerikani jemmnu li huwa l-ewwel każ ta’ infezzjoni f’annimal fl-Istati Uniti, jew ta’ tigra madwar id-dinja kollha.

Huwa maħsub li l-annimali ġew infettati bil-virus minn impjegat taz-zoo li għadu mhux qed juri s-sintomi tal-Covid-19.

L-ewwel annimal beda juri sintomi tal-marda fis-27 ta’ Marzu li għadda, bil-maniġment taz-zoo jgħid li lkoll kemm huma jinsabu f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba u mistennijin li jirkupraw.

Il-Bronx Zoo fi New York

Iz-zoo kien ilu magħluq għall-pubbliku mis-16 ta’ Marzu li għadda, hekk kif fi New York ġew introdotti diversi miżuri bil-għan li tiġi kkontrollata l-imxija tal-virus.

Dan il-każ qanqal diversi mistoqsijiet dwar it-trasmissjoni tal-virus fost l-annimali. Id-Dipartiment Amerikan għall-Agrikoltura, li kkonferma r-riżultat tat-testijiet fuq l-annimali fil-laboratorju tiegħu, qal li ma kien hemm l-ebda każi magħrufin ta’ annimali fl-Istati Uniti li ġew infettati bil-virus.

Ekonomija

Sport