Friday, April 19, 2024

Segwa l-‘Google Maps’ u spiċċa bil-karozza fil-baħar

Aqra wkoll

Tork ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun spiċċa l-baħar bil-karozza b’rapporti jgħidu li huwa qal li kien qiegħed isegwi rotta bil-Google Maps.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 12.00a.m f’Xatt is-Sajjieda, San Ġiljan.

Huwa mifhum li r-rotta li kien qiegħed isegwi ħaditu lejn rampa. Is-sewwieq baqa’ jsuq fuqha u mbagħad tilef il-kontroll tal-karozza li kien qiegħed isuq tal-għamla Honda Accord u spiċċa biha b’kollox fil-baħar.

F’filmat li ġie ppubblikat fl-aħħar sigħat fuq il-midja soċjali tidher il-karozza f’wiċċ il-baħar bis-sewwieq tagħha jitla l-art fejn imbagħad mar ħdejn il-Pulizija.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Sport