Saturday, December 21, 2024

“Sena u nofs ilu kelli nirrapporta fastidju sesswali fi triqti lejn il-Parlament… azzjoni ttieħdet”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar qalet li bħala mara esperjenzat sitwazzjonijiet ta’ fastidju u ta’ abbuż psikoloġiku. Hija qalet li tifhem, għaliex għaddiet minn dawn is-sitwazzjonijiet, kemm mhux faċli però tifhem ukoll il-bżonn li tieħu azzjoni.

Cutajar saħqet li llum il-ġurnata rrealizzat u fehmet dak li bħala mara għandu jiġu ttolerat u dak li m’għandux jiġi ttollerat. Qalet li sa sena u nofs ilu ġiet f’sitwazzjoni fejn kellha tirrapporta fastidju sesswali fi triqitha lejn il-binja tal-Parlament u sussegwentement ittieħdet azzjoni.

“Il-messaġġ li xtaqt inwassal kien dan. Jekk hemm raġel li f’dan il-pajjiż li jaħseb li jista’ jagħti fastidju lil membru parlamentari, aħseb u ara kemm iħossu intitolat jagħti fastidju lil kwalunkwe mara oħra f’dan il-pajjiż,” qalet Cutajar li żiedet tisħaq fuq il-bżonn li ma nkunux siekta u nitkellmu fil-konfront ta’ dawn is-sitwazzjonijiet.

“Aħna li ninsabu anke fil-ħajja pubblika rridu nwasslu messaġġ aktar minn ħaddieħor, mhux biss għalina imma għal kulħadd, għal kull tfajla u għal kull mara li ssegwina. Kien għalhekk li ftaħt libell meta kien hemm min jipprova jgħajjarni u jżeblaħni.

“Kien proprju għalhekk li ftaħt il-libell, mhux għax ħadt għalija jew biex nieħu kumpens finanzjarju mill-Qorti. Imma għax nemmen li l-messaġġ għandu jkun wieħed ċar. M’għandekx tittollera l-ebda tgħajjir sempliċiment għax inti mara,” tenniet Rosianne Cutajar.

Ekonomija

Sport