Sunday, October 27, 2024

Sentejn ħabs għal raġel li nstab ħati talli ffroda €10,000

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena mill-Gudja ġie kkundannat sentejn ħabs wara li fil-Qorti ammetta li ffroda kważi €10,000 lil 13-il persuna.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, Victor Lofreda kien mixli li wettaq dan il-frodi bejn Mejju 2016 u Marzu 2019.

Minbarra s-sentejn ħabs, il-Maġistrat Donatello Frendo Dimech ordnatlu wkoll iħallas lura l-ammonti dovuti fi żmien tliet snin minn meta jsib impjieg.

Lofreda kien ordnat sabiex isegwi programm ta’ trattament għal perjodu ta’ tliet snin, biex jindirizza l-vizzju tal-logħob li għandu.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Sarah Kathleen Zerafa.

Sport