Sunday, December 22, 2024

Sentenza sospiża għal mara li ħadet madwar €30,000 f’benefiċċji soċjali b’qerq

Aqra wkoll

Mara ta’ 66 sena kienet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettiet li ħadet madwar €30,000 f’benefiċċji soċjali b’qerq.

Fil-Qorti, l-imputata Carmen Sultana ammettiet li bejn Jannar 2018 u Frar li għadda ffrodat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lill-Gvern ta’ Malta.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li pprosediet il-każ, ikkundisdrat il-fatt li l-mara laħqet ftehim mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tirrifondi s-somma.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Wayne Rodney Borg u Andy Rotin.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport