Sunday, December 22, 2024

Sentenza sospiża għal raġel li nstab ħati li kkaġuna l-mewt ta’ Johanna Boni ta’ 26 sena

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell laqgħet l-appell tal-Avukat Ġenerali u għalhekk ikkundannat lil Carmel Cauchi sitt xhur ħabs sospżi għal sena. Dan wara li l-Qorti sabitu ħati li kkaġuna l-mewt taż-żagħżugħa Johanna Boni ta’ 26 sena f’inċident tat-traffiku.

Fil-Qorti ġie spjegat li l-każ seħħ fil-5 ta’ Jannar tal-2016 fi Triq tal-Labour fin-Naxxar u li l-inċident seħħ bejn l-akkużat li kien qed isuq trakk tac-cement u mutur li kien qed jinstaq mill-vittma.

Meta l-akkużat tressaq il-Qorti f’Marzu tas-sena li għaddiet, dan ġie lliberat minn kull ħtija. Dan għaliex fl-ewwel Qorti qatatha li l-vittma tilfet ħajjitha għax issograt taqbeż it-trakk flok stennietu.

Intant, ilbieraħ fil-Qorti tal-Appell ppreseduta mill-Imħallef Edwina Grima, ikkolnkludiet li l-akkużat saq b’mod traskurat, bir-raġuni li t-trakk kien wieħed kbir, mgħobbi u li kellu ħsejjes kbar.

Minbarra s-sentenza sospiża, l-Imħallef Grima skawlifikatlu l-liċenzja tas-sewqan għall-perjodu ta’ tliet xhur. Hija ordnatlu wkoll sabiex iħallas €2,117 fi spejjeż tal-Qorti.

Ekonomija

Sport