Monday, May 13, 2024

Serie A: Daqqa ta’ ħarta oħra għal Juventus

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Juventus ħa­du skoss qawwi li jkomplu jisfidaw lil Inter għar- rebħ tat-titlu meta ġew miż­muma fi draw ta’ 2-2 minn Verona biex issa jinsabu disa’ punti taħt Inter li jridu jirkupraw logħba. 

Verona kienu dejjem fil-vantaġġ minn Michael Folorunsho (11) u Tijjani Noslin (52) iżda Dusan Vlahovic (28 pen) u Adrien Rabiot (55) kisbu d-draw għall-Bianconeri. 

Genoa v Napoli – F’darhom Napoli komplew jiddi­żappuntaw meta marru għand Genoa u setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ 1-1 biex ħadu daqqa ta’ ħarta kbira fl-aspirazzjoni­jiet tagħhom li jikkwalifikaw għal kompetizzjoni Ewropea.  

Kien Morten Frendrup (47) li fetaħ l-iskor għal Genoa iżda Cyril Ngon­ge (93) salva r-riżultat għan- Naplitani. 

Sport