Fis-Serie A, Roma kisbu rebħa kbira ta’ 4-0 kontra Fiorentina fi Stadio Olimpico, b’Donyell Malen ikun il-protagonista ewlieni tal-logħba wara li skorja hat-trick.
Roma ddominaw mill-bidu u ħolqu diversi opportunitajiet, iżda l-goal tal-vantaġġ wasal fis-27 minuta meta Malen għeleb lill-goalkeeper David De Gea wara li rċieva mingħand Paulo Dybala.
Fit-52 minuta, Malen reġa’ skorja wara pass ieħor ta’ Dybala, u tmien minuti wara, irreġistra l-hat-trick tiegħu biex Roma marru 3-0 fil-vantaġġ.
Fiorentina ppruvaw jagħmlu reazzjoni, iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.
Fl-86 minuta, Niccolò Pisilli skorja r-raba’ goal ta’ Roma wara li approfitta minn spazju fil-kaxxa.
B’din ir-rebħa, Roma telgħu fil-quċċata tal-klassifika, filwaqt li Fiorentina jinsabu fl-aħħar post.




