Thursday, December 19, 2024

Serie A: Faċli għal Juventus, diffiċli għal Inter?

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Juventus jilqgħu lil Ca­gliari f’dik li hija meqjusa bħala waħda faċli. 

Iżda huma jridu juru l-konsistenza għax minkejja li huma l-uniku team li għadu ma sofra l-ebda goal fil-kampjonat u ġejjin minn rebħa ta’ 3-0 fuq Genoa, fit-tliet partiti ta’ qabel hu­ma spiċċaw fi draws ta’ mingħajr goals. 

Iżda nhar l-Erbgħa li għadda huma kisbu rebħa importanti fil-UEFA Champions League meta barra minn darhom għelbu lil RB Leipzig bl-iskor ta’ 3-2 min­kejja li fl-aħħar nofs siegħa huma kellhom jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa l-goalkeeper, Michele Di Gregorio.

U filwaqt li Dusan Vlahovic skorja doppjetta kontra Genoa, huwa skorja wkoll żewġ goals kontra t-team Ġermaniż. 

Min-naħa tagħhom, Ca­gliari jinsabu fil-ħames post mill-aħħar u għaldaqstant jimmiraw li jieħdu xi ħaġa minn din il-partita għal­kemm fil-veritá se tkun diffiċli. 

Il-Bianconeri se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin,  Timothy Weah, Vasilije Adzic u Arkadiusz Milik.

Għal Cagliari, Leonardo Pavoletti, Gianluca Lapadula u Mateusz Wieteska hu­ma neqsin ukoll. 

Inter v Torino – Iċ-champions Inter jospitaw lil Torino fi Stadio San Siro fejn jimmiraw li jiksbu r-raba’ rebħa. 

Huma ġejjin minn rebħa barra minn darhom kontra Udinese, bl-iskor ta’ 3-2. 

Bla dubju, Torino huma avversarji diffiċli u għal­­daqstant Inter ma jistgħux ifallu jekk iridu jkomplu jisfidaw biex jiddefendu t-titlu b’suċ­­ċess. 

Min-naħa ta’ Torino, li fir-raba’ ġurnata kienu jinsabu fil-quċċata, ġejjin minn telfa ta’ 3-2 kontra Lazio u telfa oħra tkun tfisser li jibdew jaqtgħu l-kuntatt mat- timijiet ta’ fuq.  

Nicolo Barella u Tajon Buchanan se jkunu neqsin għan-Nerazzurri filwaqt li Perr Shuurs se jkun nieqesgħall-Granata.   

Ekonomija

Sport