Friday, November 15, 2024

Serie A: Il-leaders Inter f’logħba faċli kontroa Frosinone

Aqra wkoll

Meta tintlagħab it-12-il ġurnata tal-Kampjo­nat Taljan, qabel il-waqfa internazzjonali, il-leaders Inter m’għandhomx ifallu meta jilqgħu lil Frosinone. 

Juventus, li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika,    jilqgħu lil Cagliari filwaqt li Milan jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ meta jaffrontaw lil Lecce. 

Inter v Frosinone – Hekk kif jinsabu għaddejjin minn forma brillanti fejn anke kkwalifikaw għar-round tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, Inter jospitaw lil Frosinone li jinsabu f’nofs il-klassifika. 

Anke jekk dawn tal-aħħar jippruvaw jagħtu sfida denja, jidher li lin-Nerazzurri ma jista’ jwaqqafhom ħadd bħalissa, għalkemm fil-football kollox huwa possibbli. 

L-Interisti jridu jgħassu lill-arma letali ta’ Frosinone, Matias Soule, li qed jimpressjona fil-logħob tiegħu u hija ħaġa ċerta li staġun ieħor ikun qed jilgħab għal team kbir. 

Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr l-imweġġgħin Benjamin Pavard u Juan Cuadrado filwaqt li Frosinone ma jistgħux jinkludu lil Abdou Harroui, Francesco Gelli u Sergio Kalaj, għall- istess raġuni.

Juventus v Cagliari– Juventus jilqgħu lil Cagliari fejn jimmiraw li jżommu l-pass mar-rivali eterni. 

It-team immexxi mill-coach, Massimo Allegri, rebaħ l-aħħar ħames logħbiet filwaqt li ilu sitt partiti ma jsofri goal. Ċertament li t-tattika ta’ Allegri qed tirnexxi fil-massimu tagħha minkejja li f’bosta drabi jiġi kkritikat minħabba logħob negattiv. 

Cagliari jinsabu fuq iż- żona l-ħamra u għal­­daqstant jippruvaw jagħmlu minn kollox biex ma joħorġux b’idejhom vojta li fil-veritá hija missjoni impossibbli.

Juventus għandhom neq­sin lil Timothy Weah, Danilo, Alex Sandro u Mattia de Sciglio li qed jirkupraw minn injury filwaqt li Adrien Rabiot huwa sospiż.

Cagliari ma jistgħux jinkludu lil Alessandro di Pardo, Nahitan Nandez u Marko Rog għax jinsabu mweġġgħin. 

Lecce v Milan – Milan imorru għand Lecce fejn jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ hekk kif ġejjin minn telfa ta’ 1-0 f’darhom kontra Udinese. 

Iżda wara din it-telfa, ir-Rossoneri għamlu reaz­zjoni tajba meta għelbu lil Paris St-Germain bl-iskor ta’ 2-1 liema partita kienet valida mill-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions Lea­gue. 

Għaldaqstant, huma jin­żlu għal dan il-konfront b’moral għoli għax ma jistgħux ifallu biex iżommu l-kuntatt maż-żewġ timijiet ta’ qabilhom. 

Min-naħa tagħhom, Lecce huma fil-bżonn tal-punti biex jitbiegħdu min-naħa t’isfel tal-klassifika. 

Neqsin għal Milan hemm Marco Pellegrino, Pierre Kalulu, Simon Kjaer, Marco Sportiello, Mattia Caldara u Ismael Bennacer.

Napoli v Empoli – Xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa lil Napoli jekk iridu jibqgħu jisfidaw għal post mal-ewwel erbgħa, hekk kif jiffaċċjaw lil Empoli.

Fuq kollox iridu jżommu l-konsistenza li fl-istaġun li għadda mexxiethom għar- rebħ tal-Iscudetto. 

Ekonomija

Sport