Inter komplew jitilgħu waħedhom fil-quċċata tas-Serie A wara li dawru r-riżultat biex għelbu lil Bologna 3-1 barra minn darhom.
Tommaso Pobega poġġa lil Bologna fil-vantaġġ wara għaxar minuti, iżda Marcus Thuram kiseb id-draw għal Inter b’daqqa ta’ ras fit-44 minuta.
Fit-tieni taqsima, Carlos Augusto (69) skorja t-tieni gowl għall-Inter wara azzjoni mibdija minn Piotr Zielinski, qabel ma Ange-Yoan Bonny (84) issiġilla r-rebħa bit-tielet goal.
B’dawn it-tliet punti, Inter fetħu vantaġġ ta’ tliet punti fil-quċċata tal-klassifika.





