Tuesday, December 24, 2024

Serie A: Inter jersqu lejn ir-rebħ tat-titlu u Bologna jsaħħu r-raba’ post

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Inter komplew jersqu lejn ir-rebħ tat-titlu meta għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 2-0 filwaqt li  Bologna rebħu lil Salernitana bl-iksor ta’ 3-0 biex għamlu pass kbir biex itemmu mal-ew­wel erbgħa li jfisser post fil-UEFA Champions. 

B’din ir-rebħa, minbarra li huma saħħew ir-raba’ post, telgħu biss żewġ punti taħt Juventus … u jinsabu ħames punti fuq Roma li ġew miżmuma minn Lecce fi draw ta’ 0-0. 

Inter v Empoli – Inter ospitaw lil Empoli u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 biex issa jonqoshom 11-il punt biex jiġu dikjarati champions meta fadal tmien partiti għat-tmiem.

Il-goals waslu wieħed f’kull taqsima minn Federico Dimarco (5) u Alexis Sanchez (81).

Bologna v Salernitana – Immexxija mill-coach, Thiago Motta, Bologna għelbu lit-team ta’ qiegħ il-klassifika bl-iskor ta’ 3-0 biex żammew it-tamiet tagħhom li jiktbu l-istorja.

Il-goals tagħhom waslu minn Riccardo Orsolini (14), Alexis Saelemaekers (44) u Charalampos Lykogiannis (93).

Cagliari v Verona – F’konfront bejn żewġ timijiet li jinsabu fil-periklu tar-relegazzjoni, Cagliari u Verona temmew fi draw ta’ 1-1. Fede­rico Bonazzoli (30) fetaħ l-iskor għal Verona filwaqt li Ibrahim Sulemana (74) kiseb id-draw għat-team ospitu.

Sassuolo v Udinese – Anke Sassuolo u Udinese spiċċaw 1-1. Gregoire Defrel (41) ta l-vantaġġ lil Sassuolo iżda Florian Thauvin (44) għamel l-iskor indaqs.

Lecce v Roma – Barra minn darhom, Roma fallew żewġ punti mill-aktar importanti meta setgħu biss jispiċċaw fi draw ta’ min­għajr goals.

Ekonomija

Sport