Thursday, November 7, 2024

Liberty Media jixtru lil MotoGP

Aqra wkoll

Is-sid tal-Formula 1, Liberty Media, Greg Maffei, xtara l-MotoGP għal ftehim stmat għal £3.6 biljun.

Il-biljunari tal-midja Amerikan, li ħa l-kontroll tal-F1 fl-2017, xtara dan l-isport tal-muturi mingħand il- kum­panija Spanjola, Dorna Sports, li kienet torganizza l-MotoGP mill-1992.

Il-ftehim se jara lil Liberty Media takkwista madwar 86% ta’ Dorna, bl-amministraturi ta’ Dorna jżommu il-kumplament tal-ishma.

Dan il-ftehim mistenni jiġi konkluż b’mod uffiċjali sal-aħħar tas-sena.

Maffei, il-president u kap eżekuttiv ta’ Liberty Media, qal li l-kumpanija kienet “sodisfatta immens” li qed tespandi l-portafoll f’dan l-isport.

Huw żied jgħid: “Il-MotoGP huwa kampjonat globali b’bażi ta’ partitarji leali u entużjasti, tlielaq mill-aktar eċċitanti u profil finanzjarju ġenerattiv ta’ flus kontanti ħafna.

“In-negozju għandu vantaġġ sinifikanti, u għandna l-intenzjoni li nkabbru l-isport għall-partitarji tal-MotoGP, it-timijiet, l-imsieħba kummerċjali u l-azzjonisti tagħna.”

Min-naħa tiegħu, il-kap eżekuttiv ta’ Dorna, Carmelo Ezpeleta, qal li Liberty għandha “rekord inkredibbli fl-iżvilupp ta’ assi sportivi”.

“Aħna kburin b’dan l-isport globali li kiber, u din it-tranżazzjoni hija xhieda tal-valur tal-isport illum u l-potenzjal ta’ tkabbir tiegħu.”

L-ewwel staġun tal-MotoGP sar fl-1949 b’sitt rounds ta’ tlielaq biss iżda issa kiber f’kampanja ta’ 20 Grand Prix, li tkopri ħames kontinenti.

Wara li saru żewġ tiġrijiet, is-sewwieq Spanjol Jorge Martin jinsab fil-quċċata tal-kampjonat ta’ din is-sena b’60 punt segwit minn Brad Binder tal-Afrika t’Isfel b’42 punt.

Sport