Friday, May 17, 2024

Wildlfe Rescue Malta bi tfittxija għal fekruna fl-inħawi tax-Xwejni

Aqra wkoll

Wildlife Rescue Team Malta qed jirraportaw li Bħalissa fil-Bajja tax-Xwejni hemm fekruna tal-ilma baħar li għandha bżonn l-għajnuna medika. Dan minħabba li tinsab f’diffikultà li tgħum kawża ta’ ammont sostanzjali ta’ alka mwaħħla ma’ idejha.

Dan qalitu l-Wildlife Malta Rescue fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook, fejn ġie spjegat li huma ġew infurmati minn għaddasa dwar din is-sitwazzjoni. Pero’ ġara li meta wħud mill-Wildlife Rescue Team marru fuq il-post ma sabuhiex.

Wildlife Rescue qed tappella lin-nies sabiex iżommu għajnejhom miftuħin għal din il-fekruna fiż-żoni tax-Xwejni, Qbajjar u Marsalforn.

Sport