Monday, May 13, 2024

Serie A: Inter jibqgħu b’punti massimi

Aqra wkoll

Minkejja li Inter sabuha diffiċli biex għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 1-0, huma baqgħu jżommu r-rekord ta’ punti massimi minn ħames partiti. 

Empoli v Inter – Inter marru għand Empoli u kellhom jitħabtu biex ħarġu rebbieħa bl-iskor minimu ta’ 1-0. 

Minkejja li ddominaw għal bost ħinijiet, in-Neraz­zurri ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja … sa­kemm sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Federico Dimarco venvent xutt li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Etrit Berisha, isalva.  

Atalanta v Cagliari – Atalanta ospitaw lil Cagliari u rebħulhom 2-0, bl-iskorers ikunu Ademola Lookman (33) u Mario Pasalic (76). 

Udinese v Fiorentina – Barra minn darhom Fiorentina kienu tajbin biżejjed biex għelbu lil Udinese bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Lucas Martinez (32) u Giacomo Bo­naventura (92).

Sport