Fis-Serie A, Atalanta u Juventus temmew fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd hekk kif Atalanta ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar- rebħ tat-titlu filwaqt li dan kien it-13-il draw għall-Bianconeri.
Juventus fetħu l-iskor minn Pierre Kalulu (54) filwaqt li Mateo Retegui (78) salva l-partita għall-Bergamaschi.
Como v Milan – Milan irritornaw għar-rebħ meta barra minn darhom għelbu lil Como bl-iskor ta’ 2-1 biex għadhom fl-isfida li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa. Min-naħa ta’ Como, b’din it-telfa għadhom fil-periklu tar-relegazzjoni.
Il-goals tar-Rossoneri waslu minn Theo Hernandez (71) u Rafael Leao (76) wara li Assane Diao (60) fetaħ l-iskor għat-team ospitu.
Monza v Fiorentina – Fiorentina marru għand Monza, li jinsabu fl-aħħar post tal-klassifika, u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-1 biex kisbu t-tieni rebħa staġjonali. Min-naħa ta’ Fiorentina, issa nqatgħu għal kollox mill-isfida għar- rebħ tal-Iscudetto.
Monza fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Patrick Ciurria (44) u Daniel Maldini (63) filwaqt li Lucas Beltran (74 pen) wieġeb għall-Viola.