Fis-Serie A, Juventus qabżu waħedhom fil- quċċata hekk kif marru għand Empoli u spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals.
Dan ifisser ukoll li huma fallew żewġ punti importanti minħabba li llum jistgħu jiġu maqbuża minn Inter meta jirkupraw partita hekk kif imorru jilagħbu għand Monza.
Il-coach, Thiago Motta, ta d-debutt mill-bidu lill-erba’ akkwisti l-ġodda, Teun Koopmeiners, Nico Gonzalez, Douglas Luiz u Pierre Kalulu, iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja minħabba li sabu quddiemhom team dixxiplinat u determinat.
Como v Bologna – Como laqgħu lil Bologna u temmew fi draw ta’ 2-2 wara li tilfu vantaġġ ta’ żewġ goals.
Il-goals ta’ Como waslu minn auto-goal ta’ Nicolo Casale (5) u Patrick Cutrone (53). Iżda r-reazzjoni ta’ Bologna waslet fl-aħħar kwarta hekk kif Santiago Castro (76) naqqas il-marġni filwaqt li fil-91 minuta Samuel Iling-Junior skorja d-draw drammatiku.