Friday, July 26, 2024

Serie A: Juventus ma jistgħux jwaqqgħu aktar punti

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab il-programm tal-25 ġurnata tas-Serie A fejn il-Ġimgħa filgħaxija Inter għelbu lil Salernitana bl-iskor ta’ 4-0 u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti, issa l-perssjoni tinsab fuq it-team fit-tieni post, Juventus, hekk kif dawn ma  jistgħux iwaqqgħu aktar punti minħabba li Inter bħal donnhom qed jisparixxu fuq l-orizzont.

Verona v Juventus – Trawmatizzati mit-telfa  ta’ 1-0 f’darhom kontra Udi­nese, Juventus imorru ji­lagħbu għand Verona li jinsabu fil-bżonn tal-punti.

Barra minn hekk, il-Bianconeri qed jitilfu l-pass man-Nerazzurri minħabba li f’dawn l-aħħar tliet partiti kisbu punt wieħed biss … li jinkludu t-telfa ta’ 1-0 kontra Inter u d-draw ta’ 1-1 kontra Empoli.

Il-pressjoni tinsab kollha fuq Juventus minħabba li jekk jonqsu milli joħorġu bit-tliet punti … tkun indikazzjoni kbira f’liema direzzjoni sejjer ir-rebħ tal-Iscudetto.

Min-naħa tagħhom, Verona qed jissieltu kontra r-relegazzjoni hekk kif jin­sabu t-tielet mill-aħħar fil- klassifika.

Għaldaqstant, huwa mportanti ħafna li ma jo­ħorġux b’idejhom vojta minn dan il-konfront min­ħabba li telfa tista’ tkun detrimentali.

Juventus ma jistgħux jinkludu lill-goalkeeper, Mattia Perin,  Dusan Vlahovic, Moise Kean u Mattia de Sciglio, minħabba li qed jir­kupraw minn injury filwaqt li Bremer huwa sospiż.

Monza v Milan – Wara li Juventus kisbu biss punt minn massimu ta’ disgħa, issa Milan daħlu biċ-ċans biex jisfidaw għat-tieni po­żizzjoni.

Peró, huma għandhom partita mill-aktar delikata meta jmorru jilagħbu għand Monza … team imprevidibbli u kapaċi joħloq sorpriża.

Huma jinsabu xxampla­ti fin-nofs il-klassifika u ‘l bogħod minn kull periklu tar-relegazzjoni.

Dan il-konfront jista’ jitqies bħala derby tal-Lombardia minħabba li t-tnejn li huma ġejjin mill-istess reġjun.

Dan minbarra li kellhom l-istess president … Silvio Berlusconi.

Monza għandhom barra lil Samuele Vignato u Gian­luca Caprari li jinsabu mweġġgħin. Milan ma jistgħux jinkludu lil Davide Calabria, Fikayo Tomori, Tommaso Pobega, Malick Thiaw u Pierre Kalulu … kollha għax jinsabu mweġ­ġgħin.

Napoli v Genoa – Napoli jimmiraw li jirritornaw għar-rebħa wara li fl-aħħar ħarġa huma sfaw megħluba minn Milan bl-iskor ta’ 1-0.

Fil-veritá, il-Partenopei huma biss dell tal-istaġun li għadda meta reb­ħu l-kampjonat bil-konsegwenza li jinsabu fl-għaxar post tal- klassifika bil-possibbiltá li din id-darba ma jikkwalifikaw għall-ebda kompetizzjoni Ewropea.

Għal din il-partita, Napoli se jinżlu bl-aqwa formazzjoni bl-eċċezzjoni ta’ Juan Jesus li huwa sospiż.

Ekonomija

Sport