Monday, December 9, 2024

Serie A: Milan v Juventus tisraq ix-xena

Aqra wkoll

Bejn illum u nhar it-  Tnejn tintlagħab it-13-il ġurnata tas-Serie A, bl-aktar partita attraenti tkun dik bejn Milan u Juventus filwaqt li konfront ieħor interessanti huwa dak bejn il-leaders Napoli u Roma. 

Milan v Juventus – Dan id-dwell klassiku se jerġa’ jiġġedded fi Stadio San Siro hekk kif Milan jilqgħu lil Juventus li huma l-uniku team mingħajr telfa. 

Il-pressjoni se tkun kol­lha fuq ir-Rossoneri li jinsabu fil-bżonn tal-punti biex iżommu l-kuntatt mat-timi­jiet ta’ fuq minħabba li jinsabu tmien punti taħt il-leaders Na­poli.  

Huma ġejjin minn draw ta’ 3-3 kontra Cagliari u ma jaffordjawx jitilfu aktar punti. 

Min-naħa tal-Bianconeri, dawn ġejjin minn rebħa ta’ 2-0 fuq ir-rivali tal-istess belt, Torino. 

Dan se jkun il-179 konfront dirett bejn dawn iż-żewġ timijiet fejn il-bilanċ ixaqleb lejn Juventus li reb­ħu 68 filwaqt li Milan rebħu 53. 

Il-coach ta’ Juventus, Thiago Motta, ma jistax jinkludi lil Juan Cabral, Douglas Luiz, Nico Gonzalez, Bremer u Arkadiusz Milik filwaqt li Dusan Vlahovic huwa dubjuż.

Milan se jkollhom jgħaddu mingħajr Matteo Gabbia, Ismael Bennacer u Ales­sandro Florenzi.

Napoli v Roma – Il-leaders Napoli jilqgħu f’darhom lil Roma li ġejjin minn telfa f’darhom bl-iskor ta’ 3-2 kontra Bologna bil-konsegwenza li keċċew lill-coach, Ivan Juric, u minfloku ħatru lil Claudio Ranieri hekk kif jinsabu fit-13-il post biex l-istaġun għalihom huwa prattikament mitmum. 

Napoli għandhom lil Romelu Lukaku u Mikel Folorunsho  neqsin waqt li Roma ma jistgħux jinkludu lil Lorenzo Pellegrini, Paulo Dybala, Mario Hermoso u Alexis Saelemaekers … kollha minħabba li qed jirkupraw minn injury. 

Verona v Inter – Inter jibdew favoriti meta jmorru jilagħbu għand Verona.

Flimkien ma’ Atalanta, Fiorentina u Lazio, in-Nerazzurri jinsabu punt inqas minn Napoli u għalhekk teżisti l-possibbiltá li jista’ jkun hemm xi ċaqliq fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. 

Inter ġejjin minn draw ta’ 1-1 kontra Napoli u għal­daqstant f’din il-parti­ta hu­wa mperattiv li jo­ħorġu bit-tliet punti. 

Min-naħa tagħhom, Ve­rona jinsabu wkoll fil-bżonn tal-punti minħabba li jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika, mhedda mill-ġlieda tar-relegazzjoni. 

Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Hakan Calhanoglu u Carlos Augusto filwaqt li Marcus Thuram huwa dubjuż.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport