Saturday, February 22, 2025

Serie A: Napoli u Inter m’għandhomx ifallu

Aqra wkoll

Meta tintlagħab is-26 ġurnata tas-Serie A, l-attenzjoni prinċipali tkun immirata fuq iż-żewġ ti­mijiet li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika hekk kif Inter qed jixħtu pressjoni kbira fuq il-leaders Napoli li għandhom vantaġġ ta’ żewġ punti. 

Peró, teżisti possibbiltá kbira li kollox se jibqa’ kif inhu hekk kif dawn iż-żewġ ti­mijiet m’għandhomx ifallu meta Napoli jmorru ji­lagħbu kontra Como filwaqt li Inter jospitaw lil Genoa. 

Como v Napoli – Napoli jimmiraw li jirritornaw għar-rebħ meta jmorru fin-naħa ta’ fuq tal-Italja biex jilagħbu kontra Como, wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 kontra Lazio. 

Il-pressjoni tinsab kollha fuq il-Partenopei iżda jekk wieħed iħares lejn il-kwadru kollu, huma għandhom vantaġġ psikoloġiku fuq Inter minħabba li ma jinsabu fl-ebda kompetizzjoni oħra u għaldaqstant jikkon­ċentraw biss fuq il-kampjonat. 

Barra minn hekk huma jittamaw li ż-żewġ players, Scott McTominay u Romelu Lukaku, ikunu fl-aqwa forma possibbli. 

Napoli se jkollhom jgħaddu mingħajr Da­vid Neres, Leo­nardo Spi­naz­zola u Mat­thias Oli­veira filwaqt li Como għandhom neqsin lil Alberto Moreno, Dele Alli u Sergio Roberto … kollha minħabba li qed jirkupraw minn injury. 

Inter v Genoa– Iċ-champions Inter jilqgħu f’darhom lil Genoa wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda huma sfaw megħluba minn Juventus bl-iskor ta’ 1-0 li tista’ tkun ta’ detriment. 

Għaldaqstant hija prijo­ritá li huma jiksbu t-tliet punti biex jibqgħu jisfidaw lil Napoli.   

Min-naħa l-oħra, Genoa jinsabu xxamplati f’nofs il-klassifika u jinżlu għal din il-partita mingħajr l- ebda pressjoni. 

Inter ma jistgħux jinkludu lil Filip Stankovic, Valentin Carboni, Raffaele Di Gennaro, Valentin Carboni u Martin Satriano.

Genoa għandhom barra lil Albert Gudmundsson, Morten Thorsby, Milan Badelj, Ruslan Malinovsky, Mario Balotelli u Sebastian Otoa.

Cagliari v Juventus – Trawmatizzati mill-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League fit-telfa ta’ 3-1 kontra PSV Eindhoven, Juventus imor­ru jilagħbu għand Cagliari li huma fiżikament u mentalment friski. 

Fil-veritá, din se tkun partita diffiċli għall-Bianco­neri wara l-battikata li ħadu  kontra l-Olandiżi minħabba li l-partita marret għall-ħin barrani.

Ma tkun l-ebda sorpriża li f’darhom, Cagliari, jirbħu xi punti. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport