Wednesday, December 25, 2024

Serie A: Partita delikata għal Napoli kontra Atalanta

Aqra wkoll

Fdawn it-tliet se ijiem tin­tlagħab il-11-il ġurnata tas-Serie A fejn il-leaders Napoli jkunu nvo­luti f’partita delikata kontra Atalanta filwaqt li Inter,  li jinsabu fit-tieni pożizzjoni, jilqgħu lil Venezia. 

 Napoli v Atalanta – Napoli jilqgħu lil Atalanta meta ż-żewġ timijiet ġejjin minn rebħa. 

Il-Partenopei, immexxija mill-coach, Antonio Conte, qabdu ritmu  konsistenti u r-rebħa li kisbu f’nofs din il-ġimgħa barra minn darhom kontra Milan, bl-iskor ta’ 2-0, tixhed dan kollu. 

Iż-żewġ players letali  tagħhom, Kvicha Kvaratshkelia u Romelu Lukaku, qed ikunu ferm importanti, tant, li s’issa diġá skorjaw disa’ goals bejniethom.

Min-naħa ta’ Atalanta, dawn jinsabu fit-tielet post tal-klassifika u għaldaqstant il-mira tagħhom hija li jikkwalifikaw għall-UEFA Champions League. 

Matteo Retegui huma l-ispirazzjoni tal-Bergamas­chi hekk kif huwa wkoll l- aqwa skorer u għal­daqstant, in-Naplitani jridu jagħrfu kif se jwaqqfu l-furja tie­għu. 

Napoli ma jistgħux jagħ­mlu użu minn Stanislav Lobotka filwaqt li Marco Brescianini, Gianluca Scamacca u Giorgio Scalvini, huma neqsin għal Atalanta min­ħabba li kollha qed jir­kupraw minn injury. 

Inter v Venezia – Inter jibdew favoriti netti meta jilqgħu lil Venezia li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika. 

Bħalissa, in-Nerazzurri jinsabu erba’ punti taħt Napoli u filwaqt li jittamaw li l-Partenopei jiżolqu kontra Atalanta, xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom jekk iridu jib­q­għu jżommu l-pass man- Naplitani.

Inter għandhom lil Carlos Augusto, Francesco Acer­bi u Hakan Calhanoglu, neqsin għax jinsabu mweġġgħin. 

Udinese v Juventus – Dan huwa konfront bejn żewġ timijiet li fl-aħħar ħarġa ma rebħux. Filwaqt li Udinese tilfu 3-2 kontra Venezia, f’darhom Juventus ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 biex fallew żewġ punti mill-aktar importanti. 

Huma għandhom lil Douglas Luiz, Nicolas Gonzalez, Bremer u Arkadiusz Milik imweġġgħin.

Monza v Milan – Dan hu­wa ċ-ċans għal Milan biex jirritornaw għar-rebħ hekk kif jinsabu fid-disa’ post u 11-il punt taħt il-leaders u lagħbu partita inqas. 

Il-pressjoni qed tikber fuq il-coach, Paulo Fonseca, li jitkeċċa. 

Huma għandhom lil Luka Jovic, Matteo Gabbia, Ismael Bennacer u Alessandro Florenzi neqsin.

Ekonomija

Sport