Sunday, December 22, 2024

Serie A: Partita diffiċli għal Inter kontra Atalanta

Aqra wkoll

Bejn illum u għada tintlagħab il-11-il ġurnata tas-Serie A fejn teżisti possibbiltá li l-leaders Inter ji­tilfu l-ewwel post. 

Dan minħabba li n-Nerazzurri għandhom konfront diffiċli meta jmor­ru Bergamo biex jilagħbu kontra Ata­lana. 

Dawn tal-aħħar jinsabu fir-raba’ post tal-klassifika u jekk jirnexxielhom jiksbu t-tliet punti huma jitilgħu tliet punti taħt l-istess Inte­risti li jittamaw li l-attakkant Arġentin, Lautaro Martinez, ikun fil-forma solita tiegħu meta s’issa f’dan l- istaġun skorja xejn inqas minn 11-il goal. 

Min-naħa tal-Bergamas­chi, għandhom lil Ademola Lookman, Eder u Gianluca Scamacca, li kapaċi jdawru r-riżultat favur tagħhom. 

Dan se jkun it-63 konfront bejn dawn iż-żewġ ti­mijiet fil-Comunale, illum bl-isem ta’ Gewiss Stadium, fejn il-bilanċ ixaqleb lejn Inter li rebħu 24 filwaqt li Atalanta reb­ħu 15.

Il-Bergamaschi se jkunu mingħajr Davide Zappacosta, Jose Luis Palomino u El Bilal Toure filwaqt li Inter ma jistgħux jinkludu lil Juan Cuadrado u Marko Arnautovic min­ħabba li kollha jinsabu mweġ­ġgħin.    

Milan v Udinese – Filwaqt li jittamaw li Inter u Juventus jiżolqu, Milan ifittxu li jirritornaw għar-rebħ meta jospitaw lil Udinese fi Stadio San Siro. 

It-team immexxi minn Stefano Pioli għadu ġej minn telfa kontra Juventus (1-0) u draw diżappuntanti kontra Napoli (2-2) u għal­daqstant xejn għajr minn rebħa ma tissodisfahom … minħabba li jridu jżommu l-kuntatt ma’ Inter u Juventus. 

Udinese jinsabu f’in­kwiet serju tar-relegazzjoni meta jinsabu fuq l-għatba taż-żona l-ħamra fejn jistgħu jitilfu posthom fl-ogħla diviżjoni wara 28 sena. 

Pioli għandu neqsin numru ta’ players fosthom Christian Pulisic, Simon Kjaer, Samuel Chukwueze, Mattia Caldara, Marco Sportiello u Ruben Loftus Cheek filwaqt li Udinese se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi ta’ Enzo Ebosse, Brenner, Gerard Delofeu u Kingsley Ehizibue.

Fiorentina v Juventus – Dan huwa konfront bejn żewġ rivali antiki minkejja li Fiorentina servew għal bosta snin bħala n-’nursery’ ta’ Juventus minħabba l- patafjun ta’ players li marru jilagħbu f’Turin. 

Din hija partita delikata għall-Bianconeri iżda jekk Inter jiġu megħluba u huma jirbħu … ikunu l-leaders assoluti. 

Iż-żewġ timijiet għandhom bosta players imweġ­ġgħin – Michael Kayode, Yerry Mina, Dodo u Gaetano Castrovilli għal Fiorentina u Timothy Weah, Danilo, Alex Sandro u Mattia de Sciglio għal Juventus.  

Salernitana v Napoli – Iċ-champions renjanti, Napoli, jibdew favoriti meta jmorru għand Salernitana li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika. 

Peró, dawn tal-aħħar jinżlu b’moral għoli u mmotivati meta ġejjin minn rebħa ta’ 4-0 fuq Sampdoria fil-Coppa Italia. Għaldaqstant, il-Par­á¯te­nopei jridu juru rispett massimu lejn l-avversarji.  

Ekonomija

Sport