Roma kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Genoa fi Stadio Olimpico biex żammew il-pass ma’ Inter u Lazio fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika tas-Serie A.
Wara l-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr goals, Santiago Castro fetaħ l-iskor fil-50 minuta b’konklużjoni mill-isbaħ minn ġewwa l-kaxxa. Emanuele Lulli rdoppja għall-Giallorossi fit-68 minuta, meta kkonkluda azzjoni tajba mibdija minn Matias Soule.
Genoa, immexxija mill-eks player u coach ta’ Roma Daniele De Rossi, ippruvaw jirreaġixxu, iżda sabuha diffiċli biex jheddu serjament il-lasta avversarja fit-tieni taqsima.
B’din ir-rebħa, Roma komplew jissieltu fil-quċċata tal-klassifika u wieġbu b’mod pożittiv wara t-telfa kontra Real Madrid fiċ-Champions League





